Jingħata kumpens ta’ €108,000 talli weġġa’ fil-Freeport

Ħaddiem tal-Freeport li tmien snin ilu weġġa’ fuq il-post tax-xogħol, il-Qorti llum iddeċidiet li jingħata kumpens ta’ €108,000.

Kawża tal-inċident Patrick Gatt għandu diżabiltà ta' 5% f’dahru u f’għonqu.

Dakinhar li weġġa’ kien qed jingħata sezzjoni ta’ taħriġ  fil-kabina tal-krejn jipprova jħott il-kontejners. 

F'ħin minnhom, wieħed mill-kontejners ħabat mal-krejn li kien fih Patrick.

L-Imħallef Anna Felice qalet li minkejja n-natura tax-xogħol fi ħdan il-Freeport hu perikoluż, il-kumpanija ma kellha ebda skuża biex tuża’ il-miżuri kollha possibbli biex tevita inċident simili.