Jingħata kumpens għax damu biex iressquh il-Qorti

Il-Qorti ordnat li Olandiż jingħata kumpens ta’ €5,000 wara li l-każ tiegħu dam b’mod esaġerat ma tressaq quddiem il-Qorti stess.
Samuel Onyeabor kien inqabad fl-2008 jipprova jimporta sitt kilogrammi kokaina f’Malta.
B’rabta mal-każ kienu ġew arrestati ħames persuni oħra.
L-Olandiż kien ġie arrestat u ma ngħatax libertà proviżorja għal 22 xahar.
Fis-sitt snin sal-2014, il-Prosekuzzjoni ma ressqitu qatt il-Qorti.
Għalhekk hu fetaħ kawża kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġenerali, li d-drittijiet fundamentali tiegħu kienu qed jinkisru.