Jingħata ġieħ lill-vittmi taż-żewġ gwerer

Malta dalgħodu tat ġieħ lill-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija li seħħew fis-seklu li għadda, hekk kif saru ċ-ċerimonja ta’ Jum it-Tifkira, li jitfakkar fil-11 ta’ Novembru, magħrufa bħala Rememberance Day.
It-tifrika bdiet b’pontifikal fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna appella lill-membri tal-Forzi Armati biex jippromwovu l-verità, il-ġustizzja, l-imħabba u l-libertà fil-qadi ta’ dmirijiethom u anke fil-mod kif iġibu ruħhom ma’ xulxin.
Iċ-ċerimonja mbagħad kompliet fuq il-monument tal-Gwerra fil-Furjana, bis-sehem tal-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija.
Intemmet imbagħad bit-tqegħid tal-kuruni, mill-President Marie-Louise Coleiro Preca, mill-Prim Ministru Joseph Muscat, mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, kif ukoll mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-membri tal-korp diplomatiku u ambaxxaturi, li wkoll qegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-monument..
It-tifrika bdiet b’pontifikal fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna appella lill-membri tal-Forzi Armati biex jippromwovu l-verità, il-ġustizzja, l-imħabba u l-libertà fil-qadi ta’ dmirijiethom u anke fil-mod kif iġibu ruħhom ma’ xulxin.
Iċ-ċerimonja mbagħad kompliet fuq il-monument tal-Gwerra fil-Furjana, bis-sehem tal-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija.
Intemmet imbagħad bit-tqegħid tal-kuruni, mill-President Marie-Louise Coleiro Preca, mill-Prim Ministru Joseph Muscat, mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, kif ukoll mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-membri tal-korp diplomatiku u ambaxxaturi, li wkoll qegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-monument.
Ritratti: DOI – Jason Borg