Jingħata bidu għat-tieni rawnd tal-BOV Premier League

It-tieni rawnd mill-BOV Premier League ta’ dan l-istaġun se jkun qed jibda mil-lum. F’dawn l-aħħar erba’ xhur tal-istaġun wieħed qed jistenna li se jkun hemm ġlieda tajba għat-titlu u oħra fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Il-leaders Floriana li bħalissa jinsabu sitt punti ‘l fuq mit-tieni tim, se jkollhom logħba diffiċli kontra Birkirkara nhar il-Ħadd. Valletta se jilagħbu kontra Santa Lucia, Hibs kontra Gudja u Gżira kontra Ħamrun.

Illum fis-2:00pm se jilagħbu Sta Lucia kontra Valletta. Wara li b’sorpriża fl-ewwel rawnd Valletta tilfu kontra Sta Lucia, issa jridu jissieltu biex f’din il-logħba jakkwistaw tliet punti.

Senglea Athletic se jilagħbu kontra Sirens fis-2:00pm. Bħalissa Senglea qegħdin fit-12-il post u se jħabbtu wiċċhom ma’ Sirens li qegħdin fil-ħames post.

Illum ukol se jilagħbu Sliema Wanderers kontra Balzan fl-4:00pm. Il-logħba mistennija tkun bbilanċjata bir-rebħa tista’ tmur għand iż-żewġ naħat.

Fl-4:15pm se tkun qed tibda wkoll il-loba bejn Mosta u Tarxien Rainbows.

Logħob ieħor:

Il-Ħadd

Hibs vs Gudja – 2:00pm

Floriana vs Birkirkara – 4:00pm

It-Tnejn

Ħamrun Spartans vs Gżira United – 7:00pm