AĠĠORNATA BIL-FILMAT: It-tielet mass meeting tal-Partit Laburista

16:45 Jintemm id-diskors tal-mexxej Laburista. Jitilgħu fuq il-palk flimkien ma’ Dr Joseph Muscat, Michelle Muscat, Louis Grech u Toni Abela

16:44 “Iż-żgħażagħ huma l-futur ta’ dan il-pajjiż. Pajjiż li huwa ta’ kulħadd”

16:40 Hemm bżonn bidla fid-direzzjoni għall-ġid tal-familji u l-pajjiż. “Ħadd m’għandu jibża’ minn din il-bidla”

16:36 Il-Gvern preżenti b’49 miljun ewro li berbaq seta’ ħallas l-over-time b’lura lill-Pulizija, seta’ rranġa l-housing estates, seta’ ta scholarships liż-żgħażagħ, kien jittripla l-istipendji, jirduppja c-children’s allowance, seta’ jagħti bonus ta’ 115-il ewro kull persuna.

16:34 Il-Prijoritajiet tal-Gvern għandhom ikunu jaqblu ma’ dak tal-poplu. Il-Partit Nazzjonalista ipprefera jibni Parlament ġdid u jinjora l-waiting lists minn Mater Dei, u l-Prim Ministru ta lilu nnifsu rigal ta’ 500 ewro fil-ġimgħa flok.

16:30 Ikun hemm ftehim mal-privat biex jitnaqqsu l-waiting lists minn Mater Dei

16:26 L-għalliema għandhom jiġu rikonoxxuti għall-ġid li qed jgħamlu ma’ uliedna

16:23 L-ewwel atti ta’ Gvern ġdid: tiddaħħal minnufih il-whistle-blower act, titneħħa l-preskrizzjoni minn fuq il-politiċi, u tiġi fis-seħħ il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti

16:22 Jinħass iktar minn qatt qabel il-bżonn ta’ liġi serja dwar il-finanzjament tal-partiti

16:20 Hemm bżonn ta’ riforma fil-MEPA. Jinfirdu l-funzjonijiet tal-ippjanar minn dak tal-ambjent

16:18 Lil min iħaddem irid ikollu iktar inċentivi, il-Partit Laburista m’huxiew moviment biss tal-ħaddiem imma wkoll ta’ min iħaddem

16:16 Tax credit ta’ 2,000 ewro lill-familji

16:15 L-ewwel 10,000 ewro fuq impjieg part-time se jiġi ntaxxat bi 15%, b’hekk jinħolqu iktar inċentivi għal min għandu xogħol part-time

16:10 Il-Mexxej Laburista jgħid li spiċċa ż-żmien il-firda, jeħtieġ li l-poplu jingħaqad għall-ġid tal-pajjiż

16:08 Jitla fuq il-palk il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat

15:45 Jibdew l-ewwel diskorsi. Fuq il-palk bħalissa jindirizza l-folla s-Sur Paul Bonello negozjant fil-qasam finanzjarju

15:30 Appell lil dawk preżenti biex fi tmiem il-mass meeting, min jista’ jmur jagħti d-demm fil-mobile blood donation unit preżenti fuq il-post

15:10 Stennija mill-folla preżenti għall-wasla tal-mexxej Laburista Dr Joseph Muscat

Ritratti: Daniel Balzan