Jingħata bidu għall-Festival tat-Tfal ‘Żigużajg’

Fil-Belt Valletta ingħata bidu għall-Festival tat-Tfal bl-isem ta’ Żigużajg.

Fiċ-Ċentru tal-Kreattivita’ ta’ San Ġakbu fil-Belt, il-Ħadd filgħodu għadd ta’ tfal ħadu sehem f’diversi spettakli ta’ żfin u reċtar fosthom żfin tradizzjonali Malti.

Il-programm ta’ attivitajiet għal tfal ta’ kull eta’ jibqa’ għaddej sal-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012.