Jingħaqdu żewġ kumpaniji ewlenin fir-riċerka tas-suq

Żewġ kumpaniji ewlenin fir-riċerka tas-suq, Esprimi Business Leaders Malta u Informa Consultants, ngħaqdu flimkien sabiex jipprovdu soluzzjonijiet ta’ riċerka usa’.
Dan is-sħab strateġiku sar wara li Informa bdew josservaw sabiex isibu l-aħjar kumpanija li setgħet tipprovdilhom mezzi ta’ riċerka ta’ kwalita ogħla.
Hija sabet li kienet qed tfittex f’Esprimi, u issa qed tafdaha biex tmexxi hi l-operat tal-Informa f’dal-qasam.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Esprimi, Morgan Parnis, qal li hu aktar opportun li flok żewġ kumpaniji jiġġieldu għall-istess biċċa mis-suq, jingħaqdu flimkien sabiex il-kumpanija tikber.
Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Informa, Clive Falzon, qal li l-ħidma mal-Esprimi huwa l-pass ’il quddiem.
Fir-ritratt: Clive Falzon (xellug) u Morgan Parnis (lemin)