Jingħaqdu Kontra l-Faqar permezz tal-Arti

Diversi pitturi se jkunu għall-wiri bħala parti mill-attivitajiet bit-tema, ‘Ningħaqdu Kontra l-Faqar permezz tal-Arti, il-Mużika u l-Kultura’.

Din se ssir bejn id-9 u l-14 ta’ Settembru fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.

Il-pitturi għandhom l-għan li jwasslu messaġġ kontra l-faqar u li jedukaw lill-pubbliku in ġenerali.

Dawn l-attivitajiet huma organizzati mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

L-inizjattiva ssegwi t-tmien laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni li saru dan l-aħħar tul Malta u Għawdex bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar il-faqar.

Il-kampanja kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali se tilħaq l-qofol tagħha permezz ta’ strateġija mfassla mill-konsulent tal-Gvern dwar il-faqar, Yana Mintoff Bland.