Jingħaqdu flimkien kontra shooting range fil-Busbesija

Grupp ta’ residenti Mostin u ħbieb se jingħaqdu flimkien fi grupp bil-għan li jikkonvinċu lill-awtoritajiet li shooting range mhix postha fil-Busbesija.  Esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-impatt ta’ dan il-proġett fil-limiti tal-Mosta.
Il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha se jniedu dan il-grupp kontra x-shooting range, se ssir nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm quddiem l-Iskola Sekondarja taż-Żokrija fil-Mosta.