Jingħaqad ma’ ħuh fil-ħabs wara li nqabad jisraq minn karozza

Libjan ta’ 37 sena li qed jissielet mal-problema tad-droga ngħaqad ma’ ħuh fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li nstab ħati li seraq tablet.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, il-Libjan ġie akkużat li nhar il-Ħadd li għadda huwa seraq it-tablet minn karozza li kienet ipparkjata fi Pjazza Kastilja.
Huwa ġie mixli li kien riċediv u li seraq waqt li kien fuq probation.
Il-Maġistrat Joe Mifsud bagħtu l-ħabs għal tmien xhur u ħeġġu biex jaħdem ħalli jegħleb il-vizzju tad-droga.
Ir-raġel se jiltaqa’ ma’ ħuħ fil-ħabs, hekk kif ħuh qed jiskonta sentenza ta’ħabs b’rabta ma’ serq minn karozzi wkoll.