Jingħalqu żoni f’Barċellona minħabba protesti

REUTERS/Albert Gea

Partijiet ċentrali ta’ Barċellona kellhom jingħalqu wara li eluf ta’ nies ħarġu fit-toroq f’dimostrazzjonijiet kemm favur kif ukoll kontra l-independenza ta’ Katalunja.

Nhar it-Tnejn ikun l-ewwel anniversarju tal-vot għall-indipendenza li qasam ir-reġjun Spanjol f’żewġ naħat opposti. It-tensjoni għadha għolja f’dan ir-reġjun, sena wara li l-vot tal-1 ta’ Ottubru ġie ddikjarat bħala “llegali” minn Madrid. Madanakollu, dawk il-persuni mill-Katalunja favur l-indipendenza ċċelebraw wara li ħareġ ir-riżultat tal-vot.

Gruppi favur l-indipendenza kkampjaw barra l-lejl li għadda biex jipprevjenu dimostrazzjoni favur il-pulizija li ntbgħatu l-Katalunja s-sena l-oħra waqt il-vot. L-awtoritajiet tal-Katalunja qalu li kważi 1,000 persuna weġġgħu meta pulizija ppruvaw iwaqqfuom milli jivvutaw.

Żewġ persuni ġew arrestati llum waqt ġlied bejn dawk favur l-indipendenza u l-pulizija. Erba’ persuni oħra ġew arrestati aktar tard matul il-ġurnata.