Jingħalqu l-provi kontra Liam Debono talli tajjar lil Simon Schembri

Illum ingħalqu l-provi fil-konfront ta’ Liam Debono talli s-sena li għaddiet, tajjar lis-Surġent Simon Schembri meta dan kien qed jagħmel xogħlu u pprova jwaqqfu. L-Avukat Ġenerali għandu joħroġ att ta’ akkuża. Dan l-inċident lil Schembri swielu driegħu, għalkemm issa għandu driegħ prostetiku u reġa’ beda jsuq.

Aqra: Filmat: Simon Schembri lura fuq mutur sena wara l-inċident

Franco Debono u Amadeus Cachia, li kienu l-avukati li kienu qed jirrappreżentaw liż-żagħżugħ, m’għadhomx qed jirrappreżentawh. Il-Qorti ħatret lill-avukat tal-għajnuna legali Dr Joe Bonnici minflok. Debono informa lill-Qorti li ma jridx avukat tal-għajnuna legali u jrid jaħtar wieħed hu. Huwa għandu ċans jagħmel dan sas-seduta li jmiss.

Aqra: Sena minn meta Simon Schembri tkaxkar minn karozza fuq xogħlu

Aqra: Iż-żagħżugħ li kaxkar lil Simon Schembri jinħeles mill-arrest

Aqra: 5 snin ħabs għal Liam Debono għall-każ separat ta’ sewqan bla liċenzja