Jingħalqu l-bereġ lokali tas-saħħa

Read in English.

Il-Gvern ħabbar li wara konsultazzjoni mal-Ministru tas-Saħħa, il-bereġ lokali qegħdin jingħalqu b’effett immedjat.

Day Care Centres fil-lokalitajiet għandhom jinżammu magħluqa.

Tal-monti wkoll se jitwaqqfu milli joperaw b’mod normali. Il-Ministeru għall-Gvern Lokali qal li sakemm jinħareġ avviż ieħor, ser jiġi ppublikat Avviż Legali li permezz tiegħu ser ikunu sospiżi t-twaqqif tal-posti fi swieq fil-beraħ, bl-esklużjoni ta’ dawk li jbiegħu prodotti tal-ikel. Dawn tal-aħħar jridu jżommu distanza ta’ 20 metru bejn posta u oħra.

Intqal ukoll li servizzi tal-Gvern li mhumiex stratutorji, sa fejn hu possibli, m’għandhomx jibqgħu jingħataw u fejn hu possibli jintużaw l-mezzi eletroniċi.

Sakemm jinħareġ avviż ieħor, is-seduti tat-Tribunali Lokali ser jiġu diferiti.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn