Jingħalqu l-akbar żewġ siti illegali

Tnejn mill-akbar siti li joperaw fis-swieq tad-dark web ġew magħluqa għal kollox wara investigazzjoni minn numru ta’ awtoritajiet li ngħaqdu flimkien f’ħidma internazzjonali biex iwaqqfuhom.
Is-siti AlphaBay u Hansa kienu l-aktar żewġ siti assoċjati mal-bejgħ tad-droga, armi, malware u informazzjoni misruqa.
L-investigazzjoni kienet immexxija mill-Pulizija fl-Istati Uniti u l-Ewropa.
Skont il-Europol fuq AlphaBay biss kien hemm minn tal-inqas 250,000 sustanza llegali għal bejgħ.
L-aġenzija żiedet tgħid li din l-operazzjoni se twassal biex jinbdew mijiet ta’ investigazzjonijiet ġodda fl-Ewropa.