Jingħalqu bajjiet f’San Ġiljan u f’Buġibba

Il-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan u l-Perched Beach f'Buġibba se jingħalqu għal xi jiem minħabba r-riġenerazzjoni tar-ramel. 
Dan tħabbar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li se tkun qed tieħu ħsieb dan ix-xogħol flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi. 
Ix-xogħol se jkun qed isir bejn illum u għada fiż-żewġ bajjiet, filwaqt li hemm il-possibilità li l-Bajja San Ġorġ tibqa’ magħluqa wkoll l-Erbgħa u l-Ħamis li ġej.
Parkeġġ fi Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ mhux permess.
Il-Pulizija se jkunu qed jikkordinaw it-traffiku fiż-żona.