Aġġornata: Xejn suspettuż fil-pakkett misjub barra l-uffiċċji ta’ Merkel

Aġġornata fit-3.30pm:
Ma kien xejn il-pakkett suspettuż li nstab barra l-uffiċċji tal-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel, f’Berlin, tant li Merkel żammet xorta waħda l-laqgħa tal-Kabinett, kif ippjanata għad-9.30am, u l-uffiċċji fl-ebda ħin ma ġew evakwati minkejja li l-Pulizija ssiġġilat xi partijiet u ċċirkondathom.
Ikkonfermaw dan uffiċjali tal-Pulizija li qalu li l-pakkett ta’ kaxxi sofor irriżulta li ma kellu xejn fih li seta’ kien suspettuż. 
Iktar kmieni:
Il-Pulizija Ġermaniża għalqet l-aċċess għall-uffiċċju tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkela f'Berlin fil-Ġermanja, wara li ntlemaħ pakkett suspettuż.
L-awtoritajiet Ġermaniżi qed jinvestigaw il-pakkett, li skont rapporti internazzjonali jidher li jikkonsisti f'erba' ċestuni sofor tal-plastik.