Jingħalaq l-ajruport ta’ Katanja minħabba l-Etna

L-ajruport ta’ Katanja ngħalaq minħabba l-iżbroff tal-Vulkan Etna.

Filmat: Jiżbroffa l-Vulkan Etna

Din hija t-tieni darba f’temp ta’ ġimgħa li l-ajruport kellu jingħalaq. Ġew affettwati diversi titjiriet fost l-oħrajn titjira tal-Air Malta. Possibilment it-titjira tal-lejla minn Malta għall-Katanja ma ssirx.

L-ajruport qed iħeġġeġ lil dawk li għandhom titjiriet lejn jew minn Katanja biex jiċċekkjaw mal-linji tal-ajru tagħhom għal aktar żviluppi.

Aġġornamenti kontinwi hawn.