Read in English.
Mil-lum u fil-ġimgħat li ġejjin, id-dħul għaċ-Ċimiterju tal-Addolorata minn Vjal Santa Luċija ingħalaq. Infrastructure Malta ħabbret dan fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ Facebook.
Infrastructure Malta spjegat kif dan ingħalaq biex jitkompla l-bini tal-flyovers tal-Marsa Junction Point.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, Infrastructure Malta ħeġġew lin-nies biex isegwu t-tabelli għad-dħul lejn iċ-ċimiterju. Jidher li wieħed se jkun jista’ jidħol biss mill-entratura fi Triq Ħal Luqa, Santa Luċija, li jiġi faċċata tal-Ġnien is-Serenità.