Jingħalaq il-LIDL ta’ Ħal Safi minħabba każ tal-coronavirus

Google Maps

Read in English.

Il-ħanut LIDL ta’ Ħal Safi ngħalaq b’mod temporanju wara li nstab li persuna li taħdem fil-ħanut marad bil-coronavirus, skont is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika.

Mal-midja lokali l-Prof. Charmaine Gauci qalet li dawk li marru jixtru mill-ħanut bejn is-26 u t-30 ta’ Marzu għandhom iċemplu l-linja tal-111 jekk ikollhom xi sintomi tal-coronavirus.

Prof. Gauci qalet li l-ħanut għandhu jerġa’ jinfetaħ meta l-awtoritajiet ikunu ċerti li m’hemmx periklu għas-saħħa tan-nies.

Prof. Gauci qalet ukoll li sar il-contact tracing tal-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-persuna li marad.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex fejn hu possibbli jagħmel użu mill-onlajn shopping minflok imur fis-supermarkets.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn