Jingħalaq il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi minħabba każ ta’ Covid-19

kunsill lokali Siġġiewi
Google Maps

Read in English.

Il-binja tal-Kunsill Lokali fis-Siġġiewi se tingħalaq għal tlett ijiem minħabba każ ta’ Covid-19.

Il-Kunsill Lokali ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Huwa spjega li għalhekk, is-servizzi provduti, inkluż dawk tas-saħħa, se jkunu sospiżi għal dawn it-tlett ijiem. F’każ li l-perjodu jiġi estiż, il-Kunsill għandu jagħmel avviż ieħor għar-residenti.

⚠️ AVVIŻ – Kunsill Lokali #SiġġiewiWara li aktar kmieni dalgħodu ħabbarna li b'effett minn għada it-Tnejn 11 ta'Jannar…

Posted by Kunsill Lokali Is-Siġġiewi on Sunday, January 10, 2021