​Jingħalaq għat-traffiku l-pont fuq in-naħa ta’ San Ġwann

Mit-8.30 tal-lejla se jingħalaq għat-traffiku l-pont tal-Kappara, fuq in-naħa ta’ San Ġwann.
Fi stqarrija, Transport Malta avżat li bi tħejjija biex jiġu ffinalizzati x-xogħlijiet, il-pont fuq in-naħa tal-Gżira se jintuża fiż-żewġ direzzjonijiet.
Għalhekk il-karozzi se jgħaddu minn karreġġjata waħda għal kull direzzjoni fuq il-pont tan-naħa tal-Gżira.
TM fakkret lis-sewwieqa li din iż-żona hija sit ta’ kostruzzjoni u għalhekk mitluba jsuqu b’attenzjoni b’veloċità ta’ 30km/h.