​Jingħalaq ajruport f’Londra minħabba sejba ta’ bomba

Ajruport f’Londra ngħalaq ilbieraħ wara li ħaddiema tal-kostruzzjoni sabu bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija qrib ix-Xmara Thames.
Tħassru t-titjiriet kollha skedati għal-lum, li se jaffettwaw 16,400 passiġġier.
L-ajruport London City, li huwa ħafna iżgħar mill-ajruport f’Heathrow, jattira l-aktar persuni li jsiefru fuq negozju u li jivvjaġġaw lejn postijiet oħra fir-Renju Unit, l-Ewropa u anke l-Istati Uniti.