Jingħad li omm il-vittma f’inċident fil-baħar trid sentenza li ma tkunx laxka

Fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ żagħżugħ li jinsab akkużat bil-qtil involontarju ta’ sieħbu meta kienu qed jgħumu, xehed uffiċjal tal-probation li sostna kif omm il-vittma qed tistenna li s-sentenza fil-konfront tal-akkużat ma tkunx laxka.
Il-każ kien seħħ fid-9 ta’ Lulju meta ż-żgħażagħ marru jgħumu fix-Xatt l-Aħmar f’Għawdex u meta qabżu mill-għoli, l-akkużat ġie fuq il-vittma bil-konsegwenza li ġarrab ġrieħi gravi u miet fit-12 ta’ Settembru fl-isptar.
L-akkużat qed jiċħad l-akkuża mressqa kontrih.
Xehed surġent li qal kif l-omm tal-vittma kienet qaltlu li ma kinitx se tagħmilx rapport għax iż-żgħażagħ kienu ħbieb.
Fil-Qorti xehed ukoll żagħżugħ ieħor li kien mal-oħrajn meta seħħ l-inċident.
Huwa qal li qabeż fil-baħar u meta kien se jitla’ l-art sema’ lill-vittma tgħajjat. Il-każ se jkompli fil-Qorti.