Jinġema’ traffiku kbir f’San Ġiljan

Traffiku kbir inġema fi Triq Dragunara f’San Ġiljan, u toroq oħra tal-madwar minħabba xi xogħlijiet f’sit ta’ kostruzzjoni.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li għal xi ħin numru ta’ karozzi weħlu fit-triq minħabba x-xogħlijiet u kawża ta’ dan inħoloq traffiku kbir f’San Ġiljan.
Ritratt: Google Street View