Jinġema’ t-traffiku fi Triq il-Kosta wara ħabta

It-traffiku beda jinġema fi Triq il-Kosta wara ħabta bejn żewġ vetturi.
Persuni fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li l-ħabta kienet waħda żgħira, però spejgaw li kienet qed tintuża' karreġġjata waħda biss fid-direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar. Qalu li l-inċident seħħ qrib lukunda fl-istess triq. Qalu wkoll li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30pm.
Tixtieq tibgħatilna xi ritratti? Ibgħathom fuq info@newsbook.com.mt
Ritratti: Leon Xuereb