Filmat u ritratti: Jinġabru quddiem Kastilja jiċċelebraw il-liġi taż-żwieġ

Għadd ta’ nies inġabru fi Pjazza Kastilja sabiex jiċċelebraw il-liġi li daħħlet fis-seħħ dwar żwieġ indaqs.
Wara li l-Parlament qabel fuq din il-liġi jonqos biss il-firma tal-President ta’ Malta sabiex din il-liġi tidħol fis-seħħ u koppji tal-istess sess ikunu jistgħu jiżżewġu.
B’din il-liġi Malta se ssir il-15-il pajjiż fl-Ewropa li daħlet iż-żwieġ għal persuni tal-istess sess.
Il-komunità LGBTIQ qed tqis dan il-vot bħala wieħed storiku.
Min-naħa tiegħu l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li jemmen li hu nisrani u għalhekk b’rispett lejn id-dritt fundamentali tiegħu, ivvota kontra.
Ritratti u filmati: Leon Xuereb