Elisa hija tifla ta’ erba’ snin li ssofri minn cerebral palsy, kundizzjoni li żżommha milli timxi indipendentament. Hija tista’ timxi biss distanzi qosra bil-walker. Qed jinġabru l-flus għaliha peress li se tivvjaġġa l-Amerka biex tagħmel operazzjoni f’saqajha.
It-tifla twieldet b’mod prematur, ta’ 27 ġimgħa. Kienet tiżen biss 940 gramma. It-tobba ma tantx kellhom tama li ssalva, iżda hija baqgħet tissielet u llum il-ġurnata għandha erba’ snin.
Omm it-tifla, Joanne Zammit, fetħet il-paġna Walk with Elisa, fejn qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku. Elisa se ssirilha operazzjoni f’St Louis Hospital f’Missouri fejn se jagħmlulha Selective Dorsal Rhizothomy (SDR), operazzjoni fis-sinsla tad-dahar, biex Elisa tkun tista’ tgħix ħajja normali mingħajr wheelchair jew walker. Hija ssir iktar indipendenti u tibda tuża l-krozzi.
Qed jinġabru l-flus bil-għan li tintlaħaq il-mira ta’ €35,835. S’issa nġabru madwar €5,000.
Kif tista’ tgħin lil Elisa?
Billi tagħmel donazzjoni fuq wieħed minn dawn il-kontijiet: Revolut 356 79592825 jew MT80VALL22013000000050002422746.