Jinġabru ‘l fuq minn €12,000 fil-maratona tal-103

Read in English.

Waqt il-maratona b’risq id-dar tal-Providenza li saret fuq 103, Malta’s Heart inġabret is-somma sabiħa ta’ €12,710.

Id-DJ ta’ 103 Arthur Caruana mexxa trasmissjoni twila ta’ 30 siegħa biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza.

Id-direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef irringrazzja lis-semmiegħa ta’ 103 għal għotja tagħhom u stieden lin-nies biex jingħaqdu miegħu fl-1 ta’ Jannar meta fid-Dar tal-Providenza ssir il-festa ta’ Ġenerożità.

Fi żjara li għamel waqt il-maratona l-Arċisqof Charles Scicluna sostna li minkejja li r-residenti tad-Dar tal-Providenza ma jistgħux jgħidu grazzi bil-fomm għandhom tgħanniqa li tgħidlek grazzi u timlielek qalbek b’ħafna ferħ.