Jinġabru iktar minn €4,000 għall-Brigata Sależjana

Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Ottubru 2017 saret it-tielet edizzjoni tal-maratona ta’ 60 siegħa mużika live ġewwa Talbot & Bons fi Skyparks, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 
Fil-maratona ta’ ġbir ta’ fondi ħadu sehem Airport Impressions, Ira Losco, Ivan Grech, Glen Vella, Claudia Faniello, Nadine Axisa u Ozzy Lino, fost artisti stabbiliti oħra.
L-organizzaturi Talbot & Bons u Entertainment.com.mt, b’Yobetit.com bħala l-isponsor ewlieni, ġabru ’l fuq minn €4,000 b’risq it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jitgħallmu l-mużika mal-Brigata Sależjana.
B'kollox aktar minn 180 mużiċist u mużiċista, kemm artisti stabbiliti u dawk emerġenti, ħadu sehem b’mhux inqas minn 51 slot ta’ siegħa l-waħda jimtlew b’talent lokali. Id-disa’ sigħat l-oħra kienu sessjonijiet bil-mic miftuħa fejn iffurmaw bands improptu fuq l-istage.