Jinġabru fondi għar-riċerka tal-kanċer tas-sider

38 ċiklist, li jiffurmaw parti mill-ALIVE Charity Foundation, taw is-somma inizjali ta’ €55,000 għall-proġett ta’ riċerka dwar il-kanċer tas-sider.

Dan il-fond se jkun mgħejjun mill-Fond ta’ Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp (RIDT) tal-Università ta’ Malta. Il-maratona ta’ 820 kilometru, bl-isem ta’ Malta Airport ALIVE 2013 Cycling Challenge for Cancer, bdiet minn Londra, kompliet fi Brussell u ntemmet f’Pariġi f’Ġunju li għadda.

Din l-attivita’ kienet iddedikata speċifikament biex tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u biex jinġabru fondi għal dan il-għan nobbli.