Jinġabru flus biex jinġieb Malta l-katavru ta’ Malti li miet fl-Iskozja

Qed jinġabru l-flus sabiex il-katavru ta’ John Joseph Valletta, riċerkatur Malti li miet fl-Iskozja, jintbagħat lura Malta għad-difna.

Jidher li JJ Valletta, kif kien magħruf, miet ħabta u sabta waqt li kien miexi fil-muntanji ta’ Ben Vorlich fl-Iskozja, fejn kien jgħix. Huwa kellu 38 sena.

Miet nhar il-Ħadd li għadda fi triqtu lejn l-isptar wara li ħassu ħażin meta kien fil-muntanji.

Apparently, 2020 insists on getting worse.A family has lost a son. A brother. A lot of people have lost a friend.The…

Posted by Ophelia on Wednesday, October 28, 2020

Fuq il-paġna fejn qed jinġabru l-flus biex huwa jintbagħat lura Malta, ħafna qegħdin isellmu l-memorja tiegħu u jiddeskrivuh bħala bniedem ċajtier u ta’ qalb kbira.

Agħmel id-donazzjoni tiegħek biex tgħin lill-familja ta’ JJ Valletta hawn.