Jinġabru €5,741 għall-familja Udrea

Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon qal li nġabru €5,741 biex jingħataw lil Irina Udrea, l-armla ta’ Dan Udrea li tilef ħajtu il-ġimgħa li għaddiet wara li waqgħet siġra fuq il-karozza li kien qed isuq.
Fuq Facebook Falzon qal li dawn il-flus se jingħataw lil Udrea għada mit-tim tal-isptar Mater Dei u tal-Emerġenza.
Hu rringrazzja lil kull min għen fl-inizjattiva.
Il-ġabra saret fuq inizjattiva tal-istaff tal-Isptar Mater Dei biex jingħataw lill-familja Udrea biex tieħu l-ġisem ta’ Dan lura fir-Rumanija biex jindifen qrib il-familja tiegħu.