Jinġabru €25,000 mill-Festa taċ-Ċitru b’risq Puttinu

Il-President ta’ Malta Dr George Abela ippreżenta s-somma ta’ €25,000 lil Puttinu Cares. Din is-somma nġabret mill-attività Festa taċ-Ċitru li l-President jorganizza kull sena.
It-tabib Victor Calvagna, li jaħdem ħafna mat-tfal morda bil-kanċer u l-lukimja rringrazzja lill-President Abela u qal li hu sorpriż kif minn attività waħda nġabret din is-somma hekk sabiħa.

Dr Calvagna irringrazzja lill-poplu Malti għall-ġenerożità.

Ritratti: DOI – Clodagh Farrugia O’Neill