Filmat: Jinġabru €20,000 għall-ALS Malta

€20,088.38 inġabru b’risq l-ALS Malta mill-kunċert ta’ Ivan Grech, f’ Ta’ Liesse fil-Belt Valletta.
Il-flus daħlu mill-biljetti u mid-donazzjonijiet. L-ispejjeż Biex jittella’ l-Kunċert tħallsu mill-isponsors.
Fil-kunċert ta’ sagħtejn ħadet sehem ukoll Christabelle.
Ritratti: Ivan Pierre Vella