Jinġabru €651,905 għad-Dar tal-Providenza

Read in English.

Fi 53 siegħa ta’ maratona tal-Voleyball waslu biex inġabru aktar minn €651,905 għad-Dar tal-Providenza.

Kelliem għad-Dar tal-Providenza qal li lejn tmiem il-maratona BOV Marigold 2018, f’nofs il-lejl tal-Ħadd 1 ta’ Lulju, kien hemm  ferħ, tbissim, doċċi ta’ xampanja u sentimenti ta’ gratitudni lejn l-40 plejer, irġiel u nisa, kowċis, arbitri, score keepers, tobba, fiżjoterapisti u infermiera, li ddeċidew li jisfidaw is-sħana tal-ġurnata u l-ħemda tal-lejl biex jilagħbu volleyball bla waqfien għal 53 siegħa b’risq id-Dar tal-Providenza.

Is-somma ta’ €651,905 tinkludi l-ammont ta’ €335,291 miġbur waqt l-edizzjoni speċjali ta’ Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju.

Il-Maratona kienet inawgurata uffiċjalment nhar il-Ġimgħa filgħaxija mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, li preżentat ukoll donazzjoni mill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.