Jinġabru €5,730 b’risq id-Dar tal-Providenza

Is-somma ta’ €5,730 inġabret mis-sinjuri Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb b’risq Id-Dar tal-Providenza. Kull sena, għal dawn l-aħħar seba’ snin, Pierre u Anne Marie organizzaw BBQ għall-ħbieb ta’ Pierre Vella Petroni li d-dħul minnu kien imur kollu għad-Dar. Din is-sena minħabba l-pandemija tal-COVID-19 il-BBQ ma setghax isir imma minflok saret is-solita ġabra ta’ fondi b’risq id-Dar.

Is-somma ta’ €5,730 ġiet ippreżentata minn Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb lil Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar tal-Providenza, li f’isem id-Direttur, Fr Martin Micallef, li jinsab indispost, ir-residenti u l-Amministrazzjoni tad-Dar irringrazzjat lil dawk kollha li għamlu donazzjoni.