Jinġabru €5,425 b’risq Id-Dar tal-Providenza

Is-somma ta’ €5,425 inġabret waqt BBQ li jsir kull sena u organizzat mill-ħbieb ta’ Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb b’risq Id-Dar tal-Providenza. Dan il-BBQ issa daħal fis-seba’ sena tiegħu.

Meta ġie ippreżentat biċ-ċekk, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, irringrazzja l-organizzaturi, dawk li taw daqqa t’id, l-isponsors u l-ħbieb u l-qraba kollha li attendew u għamlu donazzjoniDin is-somma tgħin fl-appoġġ għal persuni b’diżabilità li jużaw is-servizzi residenzjali tad-Dar.

Il-kumpaniji li taw flus jew prodotti għall-BBQ kienu Valyou Superstore tan-Naxxar; Prime Limited; Big Fresh tal-Mosta; General Soft Drinks Co. Ltd.; Simonds Farsons Cisk; C. Camilleri & Sons; Zamco; Is-Sinjuri Ronnie Axisa u Karl Vella Petroni; Vascas; Studio 9; ProvitaRausi & Co; Joseph Casapinta, artist; BOV plc u BNF Bank.