Jinġabru €13,000 għal Puttinu fl-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Enrica Rose

Għall-ewwel anniversarju mill-mewt taċ-ċkejka Enrica Rose Mifsud Bonnici li ħallietna nhar is- 6 ta’ Settembru tal-2019 fl-età ta’ 13-il sena, il-ġenituri Pamela u Tonio Mifsud Bonnici organizzaw fund raiser biex jiċċelebtaw il-ħajja ta’ binthom.

Matul dan il-Fundraiser inġabret is-somma ta’ €13,000 li ngħataw lil Puttinu Cares.

“Aħna lkoll ta’ Puttinu nimmisjaw id-daħka sabiħa ta’ Enrica u l-imġieba rispettuża tagħha li kellha fil-konfront ta’ kulħadd. L-imħabba tagħha kienet kbira u żgur li Enrica kuljum titlob għal Tonio, Pamela u ħuha Stefano li tant kienet tħobb u għat-tfal kollha li jkun għaddejjin minn żmien diffiċli bħalma għaddiet hi stess,” kitbu b’ringrazzjament Puttinu waqt li rringrazzjaw lil dawk kollha li pparteċipaw f’din l-inizjattiva.

Dan kien ġest mill-isbaħ li jsitħoqqlu kull tifħir.

Strieħ fis-sliem Enrica Rose!