Jinġabru €106 miljun f’taxxa mill-Panama u Swiss Leaks – Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna li minkejja li nġabru €106 miljun f’taxxa għall-Gvern wara analiżi ta’ dak li ħareġ mill-Panama Leaks u Swiss Leaks, kien hemm 237 każ li setgħux jittieħdu passi kriminali kontrihom minħabba l-liġi ma kienx tippermetti li d-Dipartiment tat-Taxxa jgħaddi informazzjoni lill-Pulizija biex jibda proċeduri kriminali.

Il-Ministru kien qed jitkellem fil-parlament waqt id-dibattitu tal-liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi. Huwa qal li b’kollox ġew analizzati 1,366 kumpanija.