Jinġabru aktar minn €2,500,000 għal Puttinu

Il-Maratona ta’ 60 siegħa ta’ Puttinu Cares ġabret is-somma ta’ €2,507,254.
It-tim ta’ Xarabank ta d-donazzjoni ġeneruża ta’ €1.6 miljun, li nġabru waqt ġbir ta’ fondi fuq il-programm ta’ Xarabank fil-Ġimgħa l-Kbira.
Il-maratona annwali tal-futbol u l-volibol għandha l-għan ewlieni li jinġabru fondi sabiex tittaffa t-tbatija u l-piż finanzjarju tal-qraba ta’ dawk morda bil-kanċer, b’mod partikolari t-tfal.
Diversi persuni distinti żaru l-maratona, fosthom il-President Marie-Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-mara tiegħu Michelle Muscat, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia,  is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, u l-MPE Roberta Metsola.