Jinġabru aktar minn €162,400 f’Oħloq Tbissima

Waslet fi tmiemha l-maratona Oħloq Tbissima, bis-somma miġbura ta' €162,467.
Il-maratona ta' 60 siegħa saret' b'riżq il-missjonijiet li s-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl għandha f'Dar San Ġużepp f'Malta, fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini.
F'għeluq il-maratona, Marthese Brincat, waħda mill-organizzaturi rringrazzjat lil dawk kollha li taw sehemhom matul il-maratona. 
Is-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl Fr Mark Grima, flimkien ma' Fr Frankie Cini, d-Direttur tad-Dar ta' San Ġużepp f'Santa Venera, irringrazzja wkoll lil dawk kollha li għamlu donazzjoni.
Il-maratona bdiet nhar il-Ġimgħa 18 ta' Lulju u ntemmet il-Ħadd f'nofsillejl.