Jinġabru aktar minn €1,500 waqt il-funeral ta’ Nikolai Borg Olivier

Aktar minn €1,500 inġabru mill-pubbliku biex jingħataw lill-Fondazzjoni Life Cycle għat-tisħiħ tas-servizzi għall-pazjenti li jbatu bil-mard tal-kliewi.
Il-Fondazzjoni Life Cycle rringrazzjat lill-qraba ta’ Nikolai Borg Olivier tal-ġabra li għamlu riċentement waqt il-quddiesa tal-funeral tiegħu.
Nikolai rċieva trattament mediku għal dawn l-aħħar snin fit-Taqsima tal-Mard tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei.