Jinġabru 7 miljun tapp u €15,000 jmorru għall-karità

Rekord ta’ aktar minn 7 miljun (7,274,833) tapp tal-plastik inġabru f’inqas minn xahrejn minn 90 organizzazzjoni f’Malta u Għawdex u kienu iddepożitati għand GreenPak biex ikunu riċiklati.
Ir-raba’ edizzjoni ta’ dil-kampanja, li tnediet għall-ewwel darba minn GreenPak f’Novembru 2011, rat il-parteċipazzjoni ta’ skejjel primarji u organizzazzjonijiet privati.
Dan ifisser li bħala medja, inġabru 7,972 tapp tal-plastik għal kull student.
Dan l-isforz kollettiv wassal għal donazzjoni rekord ta’ €15,000 ippreżentata minn GreenPak lill-istrina 2014.
The Malta Records ippreżentat ċertifikat uffiċjali lil GreenPak bħala rikonoxximent għall-ikbar ġabra ta’ tappijiet tal-plastik f’Malta.