Jinġabru 49 kilo plastik wara l-Pageant of the Seas

Skont kelliema għal Fondazzjoni Valletta 2018, waqt l-attivitajiet tal-Valletta 2018 qed isiru sforzi biex jitnaqqas l-użu tal-plastik u wara l-attività tal-Pageant of the Seas inġabru 49 kilo plastik.

L-istqarrija tispjega li f’din l-attività, il-Valletta Pageant of the Seas, inġabru mas-600 kilo ta’ skart filwaqt li għal matul l-attivitjiet l-oħrajn qed issir ħidma ma’ diversi kumpaniji privati, fosthom dawk li jipprovdu ilma tax-xorb biex ikomplu jnaqqsu l-użu tal-plastik.

Minbarra dan, kompliet l-istqarrija, il-Wasteserve qed tipprovdi ammont ta’ tankijiet taż-żibel matul l-attivitajiet ewlenin fosthom waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018.