​Jinġabru 39 tunnellata ta’ skart ġenerali u metall minn Kemmuna

Il-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera qal li nġabru 9 tunnellati ta’ skart ġenerali minn fuq Kemmuna.
Spjega kif f’intervent organizzat mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi l-ERA flimkien mal-PARKS u l-Wasteserve, inġabru wkoll 30 tunnellata ta’ skart tal-metall.
Fl-istess eżerċizzju, il-Ministru qal li nġabru anke żewġ vetturi u 33 tunnellata tal-pjanta Agave u speċi oħra ta’ pjanti li huma ta’ ħsara għal biodiversità ta’ Kemmuna.
Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-Whip Laburista Byron Camilleri.