Jinġabru 1.6 tunnellata skart minn qiegħ fil-baħar f’Wied iż-Żurrieq u Birżebbugia

Ritratt: Daryl Cauchi

49 għaddas, żewġ snorkellers u numru ta’ voluntiera ġabru ġabru madwar 1.6 tunnellata ta’ skart minn qiegħ il-baħar fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Fi stqarrija l-Malta Airport Foundation qalet li f’ħames sigħat grupp ta’ voluntiera f’Birżebbuġia tellgħu madwar 700kg skart magħmul mill-plastik, ħbula tal-irmiġġ tad-dgħajjes u partijiet minn dgħajjes imkissra.

Grupp ieħor f’Wied iż-Żurrieq ġabar għadd ta’ fliexken tal-plastik u tal-ħġieġ, kif ukoll diversi oġġetti mdaqqsin inklużi 53 tajer, sellum tal-metall, bollards, blokok tal-konkrit u pajpijiet, li b’kollox kienu jiżnu madwar 900kg.

Il-Fondazzjoni qalet li hu inkwetanti li ħafna nies għadhom mhux qed jifhmu li t-traskuraġni tal-bniedem fejn jidħol ir-rimi tal-iskart.