Jinġabru 1,000 kelb u qattus f’sitt xhur

Fl-aħħar sitt xhur,  inġabru 1,017-il annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Mill-informazzjoni li l-Ministru Leo Brincat poġġa fuq il-Mejda tal-kamra, irriżulta li bejn Novembru 2015 u t-12 ta’ April li għadda, 362 annimal li nġabru kienu mejtin.
Inġabru wkoll 429 qattus u 201 kelb, li kienu ħajjin.
Il-parti l-kbira tal-annimali li jinġabru mid-Direttorat ikunu morda jew feruti, ħafna minnhom gravi, u minkejja t-trattament veterinarju li jista’ jingħata, mhux kollha jirnexxielhom jgħixu.