Jintlaħaq rekord ta’ €7 miljun għall-Istrina

Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi l-Istrina laħqet ir-rekord ta’ fondi li ġabret ilbieraħ bis-somma ta’ €7,134,036, aktar minn miljun ewro iżjed mis-sena li għaddiet.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca kitbet fuq Facebook kemm tinsab sodisfatta bil-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera l-qalb ġeneruża tiegħu.

M’għandix kliem biżżejjed biex nirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi! Poplu uniku u distint għall-valur…

Posted by Marie-Louise Coleiro Preca on Wednesday, December 26, 2018

Poplu Kbir!Poplu Uniku!Poplu ta’ Qalb Tajba! M’hemmx kelma oħra ħlief GRAZZI!Illum intom għamiltu d-differenza!

Posted by L-istrina on Wednesday, December 26, 2018

Fost dawk li għenu kien hemm Simon Schembri, il-Pulizija li kien involut f’hit and run f’Mejju li għadda. Bintu Leah kitbet fuq Facebook kemm hi kburija b’missierha u l-ġenerożità tiegħu.

Well done daddy, Always helping others even when you need help xxx ❤️

Posted by Leah Schembri on Wednesday, December 26, 2018

Fost il-kumpaniji li taw somma sabiħa fl-aħħar ftit sigħat, kien hemm Polidano Group bis-somma ta’ €10,000 u db Group bis-somma ta’ €50,000.

Propju s-sena li għaddiet il-ġabra kienet qabżet is-€6 miljun. Din kienet ġabra ta’ madwar €500,000 aktar minn fuq is-sena ta’ qabel.