Jinfetħu sejħiet għal ‘allied health professionals’ fil-qasam tas-saħħa

Fl-aħħar jiem il-Ministeru għas-Saħħa ħareġ sejħa għal diversi allied health professionals.
Fi stqarrija l-Ministeru qal li dawn is-sejħiet għal sptarijiet u entitajiet varji fil-qasam tas-saħħa jinkludu occupational therapistsradiographersmedical laboratory scientistsaudiologydental hygenist u speech language pathologists.
Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li b’kollox se jkunu madwar 25 l-allied health professionals li se jiddaħħlu b’din is-sejħa min-naħa tal-qasam tas-saħħa biss.
Fl-aħħar jiem is-settur tas-saħħa impjega 159 infermiera ġodda kif ukoll 120 tabib fi grad ta’ foundation doctors li ngħaqdu mas-settur tas-saħħa.
Ritratt: MFH