Jinfetħu l-mini ta’ Santa Luċija; “inqas traffiku u inqas dewmien”

mini Santa Luċija
DOI: Kevin Abela

Read in English.

Illum infetħu l-mini l-ġodda ta’ Santa Luċija, li permezz tagħhom, għandu jkun hemm inqas traffiku, inqas dewmien u inqas emissjonijiet, skont il-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Prim Ministru żar is-sit dalgħodu mal-Ministru għat-Trasport Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

Sa ftit qabel is-sajf tal-2019, ir-roundabout kienet tispiċċa b’ħafna karozzi mwaħħlin fit-traffiku peress li tgħaqqad għadd ta’ rotot u toroq essenzjali għar-residenti ta’ dawn in-naħat. Stqarrija tal-Gvern tgħid li dan l-iżvilupp qed jelimina minn mar-roundabout il-karozzi ġejjin mill-Marsa Junction u sejrin lejn Tal-Barrani.

Robert Abela Ian Borg Stefan Zrinzo Azzopardi Frederick Azzopardi
DOI: Kevin Abela

Ġie spjegat li d-disinn ġdid tar-roundabout se jtejjeb ukoll is-sigurtà għar-residenti li jkunu jridu joħorġu mill-irħula tagħhom biex jingħaqdu mar-rotot prinċipali li jiltaqgħu f’din il-junction. Il-proġett jinkludi wkoll numru ta’ faċilitajiet għal mezzi alternattivi, fosthom rikostruzzjoni tal-jogging track fil-viċin, subway pedonali li qed tinbena mill-ġdid u li se tkun aċċessibbli għal kulħadd u għar-roti kif ukoll korsija pedonali u għaċ-ċiklisti li se tkun qed tgħaqqad netwerk sigur bejn Ħal Luqa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid u l-Marsa.

Dan il-proġett kien qajjem kontroversja fil-bidu li ġie propost peress li kellhom jitqaċċtu għadd ta’ siġar biex seta’ jsir.